Saturday, December 21, 2024

L-eks PM Awstraljan jirreżisti sejħiet biex jirreżenja mill-Parlament

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison rreżista sejħiet biex jirriżenja mill-parlament minkejja l-aħbar li kien ħa bil-moħbi ħames rwoli addizzjonali matul il-mandat tiegħu.

Huwa ddefenda din id-deċiżjoni u qal li kienet “meħtieġa” minħabba “żminijiet straordinarji” li kienu qed jaffaċċjaw fi żmien il-pandemija.

Ir-rivelazzjonijiet ħolqu taqlib fost il-pubbliku u l-kollegi tiegħu fil-parlament, fejn saħansitra kien hemm min sejjaħ din l-imġiba tiegħu bħala “dittatorjali”.

Is-Sur Morrison sar Ministru konġunt għas-saħħa, il-finanzi, it-teżor, l-affarijiet interni u l-portafolli tar-riżorsi minn bejn 2020 u Mejju 2021.

F’konferenza stampa, is-Sur Morrison iddefenda d-deċiżjoni tiegħu billi qal li kien “jaġixxi fl-interess nazzjonali” f’każi fejn Ministri partikolari ma setgħux jaqdu l-irwoli tagħhom minħabba l-effetti tal-virus.

Mitlub jikkummenta dwar il-fatt li naqas milli jikkonferma l-espansjoni tal-portafoll tiegħu lill-Kabinett jew lill-pubbliku, huwa argumenta li kien hemm riskju li dawn l-irwoli setgħu jiġu interpretati ħażin u li xejn ma kien jgħin f’sitwazzjoni ta’ pandemija li fiha l-pajjiż kien qiegħed jaffaċċja numru ta’ sfidi bħall-kumplament tad-dinja.

L-aħbar ġiet żvelata wara li żewġ ġurnalisti ta’ New Corp kitbu li l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien kien ta lilu nnifsu dawk ir-rwoli fi ktieb ippubblikat reċentement dwar ir-rispons tal-gvern immexxi minnu fi żmien il-pandemija.

Xi ministri – inkluż il-ministru tal-finanzi ta’ dak iż-żmien Mathias Cormann – kienu rrappurtati li ma kinux konxji li kienu qed jaqsmu l-portafolli tagħhom mas-Sur Morrison.

Ekonomija

Sport