Saturday, May 18, 2024

Se nerġgħu naraw it-tigra ta’ Tażmanja?

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Riċerkaturi fl-Awstralja u fl-Istati Uniti mbarkaw fuq proġett multi-miljunarju biex iġibu t-tigra ta’ Tażmanja lura mill-estinzjoni. L-aħħar annimal ta’ dan it-tip, imsejjaħ uffiċjalment thylacine, miet fl-1936.

It-tim wara dan il-proġett qed jgħid li dan jista’ jinħoloq bl-użu ta’ stem cells u teknoloġija tal-editjar tal-ġeni. Qalu li l-ewwel thylacine jista’ jerġa’ jiġi introdott fis-selvaġġ fi żmien għaxar snin. 

Esperti oħra iżda huma xettiċi dwar dan u qed jissuġġerixxu li d-‘di-estinzjoni’ hi biss fantaxxjenza.

Il-popolazzjoni tat-tigri ta’ Tażmanja bdiet tonqos meta l-bnedmin waslu fl-Awstralja għexieren ta’ eluf ta’ snin ilu, u għal darba oħra meta tfaċċaw il-klieb slavaġ magħrufa bħala “dingoes”.

Jekk ix-xjentisti jirnexxilhom iqajmu mill-ġdid dan l-annimal, ikun l-ewwel “di-estinzjoni” fl-istorja, iża ħafna esperti barranin huma dubjużi dwar ix-xjenza warajha. 

“Id-di-estinzjoni hija fantaxxjenza,” qal il-Professur Jeremy Austin miċ-Ċentru Awstraljan għad-DNA u żied li l-proġett jitratta “aktar dwar l-attenzjoni tal-midja fuq ix-xjentisti u inqas dwar kif issir ix-xjenza serja.” 

Sport