Sunday, November 10, 2024

L-eks PM tal-Pakistan akkużat “b’atti relatati ma’ terroriżmu”

Aqra wkoll

Il-pulizija tal-Pakistan akkużaw lill-eks Prim Ministru tal-pajjiż, Imran Khan, b’akkużi relatati ma’ terroriżmu. L-investigazzjoni tal-puli­zija kontrih saret wara li hu akkuża lilhom u lill-qorti b’tortura persuna politikament qrib tiegħu. 

Fid-dawl ta’ dan, l-attivisti ta’ Khan inġabru barra d-dar tiegħu u wiegħdu li huma “se jieħdu l-kontroll ta’ Islamabad” jekk hu jiġi arrestat. Khan kien tneħħa mit-tmexxija tal-pajjiż f’April li għadda, u fl-aħħar xhur huwa ma qagħadx lura milli jikkritika lill-gvern u anke lill-armata. 

Il-pulizija ħabbru dawn l-akkużi wara li Khan allega li awtoritajiet arrestaw u ttorturaw lil Shahbaz Gill, li huwa kollega ta’ Khan

L-uffiċjali qed jakkużaw lil Khan bi ksur tal-att ta’ kontra t-terroriżmu u li allegatament hedded lill-uffiċjali tal-istat. Apparti hekk, l-awtoritajiet tal-pajjiż ħarġu wkoll ordni biex l-istazzjonijiet tat-televiżjoni ma jxandrux d-diskorsi ta’ Khan b’mod dirett hekk kif skonthom dak li qiegħed jagħmel huwa att ta’ mibegħda kontra l-istat.  

It-tensjoni politika fil-Pakistan ilha tiżdied bil-mod il-mod minn April li għadda, sewwasew minn meta Khan kien tneħħa minn Prim Ministru wara vot ta’ sfiduċja. Minn dakinhar ’il hawn, l-eks mexxej dar diversi bliet madwar il-pajjiż fejn tkellem kontra t-tmexxija l-ġdida u l-armata kif ukoll sejjaħ għal elezzjonijiet ġodda.

Sport