Tuesday, April 30, 2024

Pamela Psaila tikseb il-midalja tal-fidda fil-Masters 40+ fil-Kampjonati Ewropej tal-Crossfit f’Nottingham

Aqra wkoll

Hekk kif ġew organizzati l-Kampjonati Ewropej tal-Crossfit f’Nottingham fl-Ingilterra, l-atleta Maltija Pamela Psaila kkompetiet fil-Masters 40+ fejn kisbet il-midalja tal-fidda.

Dan kien avveniment klassifikat li kellha tikkwalifika għalih f’April li għadda. Pamela kellha prestazzjoni mill-aqwa u ġiet ittestjata fuq seba’ avvenimenti differenti. Hija kellha rebħa fl-avveniment fit-test tal-5 WOD u temmet mal-ewwel tlieta fil-biċċa l-kbira tal-Workouts l-oħra.

Hija ġiet ittestjata fuq diversi elementi fosthom Kayaking u ġiri, weightlifting Olimpiku u ġinnastika.

Il-coach ta’ Pamela huwa Darryl Psaila u hi tittrenja fil-gym, The Pit.

Sport