Monday, March 17, 2025

L-eks President tal-Georgia kkundannat 4 snin u nofs oħra ħabs

Aqra wkoll

Qorti fil-Georgia kkundannat lill-eks President Mikheil Saakashvili 4 snin u nofs oħra ħabs din id-darba wara li nstab ħati li wara li mar lura lejn pajjiżu mill-eżilju kien qasam il-fruntiera b’mod illegali.

Hu digà jinsab il-ħabs wara li kien ingħata sentenza ta’ 12-il sena ħabs. Mikheil Saakashvili kien instab ħati li meta kien President kien wettaq abbuż ta’ poter.

Minn meta fl-2021 irritorna lura lejn pajjiżu, Mikheil Saakashvili dejjem ċaħad l-akkużi kontrih. Hu sejjaħ din l-aħħar sentenza bħala waħda “illegali” u “inġusta”.

Meta kien fil-poter hu pprova jressaq lill-pajjiżu aktar lejn il-Punent biex ma jibqax dipendenti fuq ir-Russja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport