Hekk kif ilbieraħ ħareġ l-aħbar li Christine Formosa Rakic kienet instabet mejta fid-dar tagħha f’Sydney fl-Awstralja, dalgħodu l-eks raġel tagħha Dusan Rakic tressaq il-Qorti tressaq il-Qorti.
Fost l-akkużi li tressaq bihom quddiem il-Qorti f’Sydnet kien hemm li kkaġuna l-qtil ta’ Christine u anke akkużi relatati ma’ vjolenza domestika.
Il-pulizija Awstraljana kienu qegħdin għassa ma’ Dusan li kien jinsab l-isptar f’koma minħabba ġrieħi li sofra huwa stess.
Fil-fatt, hu deher quddiem il-Maġistrat fil-Qorti f’Sydney permezz ta’ video link waqt li hu qiegħed rikoverat l-isptar.