Monday, May 13, 2024

Johann Grech: Qegħdin wara l-ħaddiema

Il-Kummissjoni Maltija tal-Films, b’appoġġ lejn il-ħaddiema lokali milquta mill-istrajk tal-atturi ta’ Hollywood

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Maltija tal-Films qed issegwi l-aħħar żviluppi b’rabta mal-istrajk mill-Unjin tal-Atturi ta’ Hollywood li sussegwentement affettwa b’mod dirett anke lil pajjiżna. Fl-istess waqt, il-Kummissjoni se tibqa’ tappoġġja lill-ħaddiema lokali affettwati minn dan l-istrajk tal-Unjin SAG-AFTRA.

Dan intqal mill-Kummissarju tal-Films, Johann Grech, f’kummenti li ta lil dan is-sit fejn wera s-solidarjetà tiegħu ma’ dawk kollha affettwati. Qal li bħala Kummissarju, se jibqa’ involut f’taħditiet mal-istakeholders kollha involuti matul dan il-proċess.

SAG-AFTRA hija l-Unjin li tirrappreżenta madwar 160,000 attur u attriċi ta’ Hollywood li bdew l-istrajk mil-lum. Il-motiv wara dan l-istrajk jittratta n-nuqqas ta’ qbil bejn l-atturi, rappreżentanti tal-Unjin u l-istudios tal-films ta’ Hollywood b’rabta ma’ ħlasijiet u kundizzjonijiet tax-xogħol li skont l-istess Unjin qed jingħad li kkollassaw.

Fl-istess waqt, il-Kummissarju tal-Films żied jiċċara l-punt li għalkemm l-azzjonijiet industrijali wasslu għall-waqfien tal-iffilmjar tal-film ‘Gladiator 2’ — li se jieħdu sehem fih atturi bħal Pedro Pascal u Denzil Washington, fost atturi oħra — hemm tliet films oħra li qed jinġibdu f’pajjiżna u li ma ġewx affettwati minħabba li l-atturi mhumiex affiljati mal-Unjin imsemmija.

Sport