Sunday, December 22, 2024

“L-elettorat ma jridx li l-Oppożizzjoni tkun maħkuma mill-passat” – l-eks attivist Nazzjonalist Daniel Attard

Aqra wkoll

L-eks attivist Nazzjonalist Daniel Attard iddikjara li “illum hu evidenti li l-elettorat ma jridx li l-oppożizzjoni tkun maħkuma mill-passat”. Daniel Attard, li kien sindku tal-Għasri, u li kien ġie elett f’isem il-Partit Nazzjonalista kien rriżenja mill-Partit Nazzjonalist ta’ Bernard Grech.

Daniel Attard qal li “għalkemm wara li irriżenjat mill-Partit Nazzjonalista jien iddikjarat ir-raġuni għaliex ersaqt lejn l-Partit Laburista, diversi ġurnalisti, bir-raġun saqsewni għaliex irriżenjat mill-Partit Nazzjonalista però dakinhar, fil-bidu ta’ kampanja elettorali ħassejt li ma għandix ngħaddi messaġġi negattivi waqt kampanja elettorali. Fl-aħħar mill-aħħar kienet il-pożittività tal-Partit Laburista li attiratni u fl-istess waqt kienet n-negattivita’ f’elementi tal-Partit Nazzjonalista li ġagħlitni nħossni l-bogħod mil-Partit Nazzjonalista. Dan ma kienx xi sigriet, il-Partit Nazzjonalista dan kien jafu għax iddikjarajtu mal-partit u ma kull min jafni.

Illum hu evidenti li l-elettorat ma jridx li l-oppożizzjoni tkun maħkuma mill-passat u min nies mdawwrin min nies oħra li jorqdu raqda tajba bil-lejl wara li jimminaw lit-tmexxija ta’ pajjiżna biex jieħdu vantaġġ politiku minflok jinvestu f’enerġija pożittiva b’direzzjoni ċara ta kif jistgħu jibnu Malta aħjar u aktar b’ saħħitha bin-nies fiċ-ċentru tal-politika.”

Tenna li  “biex il-pajjiż jkollu oppożizzjoni li tixraqlu hemm bżonn li jqumu n-nies ta’ rieda tajba u ma jħallux lil dawk li għandhom l-illużjoni li dawn it-telfiet huma frott ta’ injoranza fost l-elettorat jew jemmnu u jitkażaw li l-elettorat hu xi ġaħan. Ir-realtà hi vera sempliċi, l-votant għaraf lil min kellu interess ġenwin fin-nies u f’Malta, u appoġġjaħ.”

Enfasizza li “hemm bżonn li min jiftaħar li jħaddan ir-rule of law u jitkaża b’ ħaddieħor mhux joqgħod ipeċlaq fuq l-media biss, imma jipprattikaha u meta l-poplu jew t-tesserati jitkellemu jitgħallem ibaxxi rasu,  jirrifletti u jitgħallem. 

Jien illum ħarist ‘l quddiem u nerġa’ nsostni dak li għedt jien fil-meeting ta’ Sannat, Robert Abela għażel it-tajjeb u saħħu. Robert Abela jemmen f’politika viċin in-nies, politika ta’ għaqda u rispett lejn kulħadd. Dan in-nies għarfitu u fdat lill-Prim Ministru Robert Abela bit-tmexxija ta’ din l-art ħelwa.”

Ekonomija

Sport