Tuesday, December 24, 2024

L-elezzjonijiet Presidenzjali tal-Istati Uniti llum

Aqra wkoll

…. 60% tal-poplu mistennija li jivvutaw

Madwar 244 miljun Amerikan se jkunu eliġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni presidenzjali li qed issir illum madwar l-Istati Uniti. 75 miljun minnhom diġà xeħtu l-vot tagħhom fil-jiem li għaddew f’dik li hi msejħa bħala ‘early voting. F’din l-elezzjoni huwa mistenni li joħorġu jivvutaw madwar 60%, li huwa 6.6% inqas mit-turnout tal-elezzjoni tal-2020 li rat parteċipazzjoni rekord ta’ 66.6% tal-votanti eliġibbli.

Iż-żewġ protagonisti, Donald Trump u Kamala Harris għamlu l-aħħar imbuttatura tagħhom b’messaġġi tal-għeluq lill-votanti fl-aħħar jum tal- kampanja tagħhom qabel ma l-poplu Amerikan jiddeċiedi min se jkun il-president li jmiss.

Iż-żewġ kandidati lbieraħ għamlu l-isforzi finali tagħhom madwar stati ewlenin meqjusin kruċjali fil-battalja, b’Harris tikkampanja fl-istat tal-Pennsylvania u Trump f’North Carolina, Pennsylvania u Michigan.

Harris u Trump qed joffru messaġġi kuntrastanti fil-battalja tagħhom għall-White House. Nhar il-Ħadd, Harris wegħdet li jekk tiġi eletta tagħmel dak kollu li tista’ biex ittemm il-gwerra f’Gaża, filwaqt li Trump għamel stqarrijiet, mingħajr ma pprovda l-ebda evidenza, ta’ frodi elettorali f’Pennsylvania

Is-sondaġġi tat-tellieqa baqgħu juru li ż-żewġ kontestanti huma qrib xulxin kważi ras imb’ras, filwaqt li l-bieraħ, inqas minn 24 siegħa sal-ġurnata tal-elezzjoni, Kamala Harris u Donald Trump kien għadhom jittamaw li jinfluwenzaw lil kull min kien għadu indeċiż.

Il-projezzjonijiet mill-votazzjoni bikrija jindikaw li l-parteċipazzjoni ġenerali għall-elezzjoni probabbilment se tkun ta’ 60 fil-mija tal-votanti eliġibbli li hija żewġ terzi tal-votanti eliġibbli, skont Michael McDonald, professur tal-politika fl-Università ta’ Florida li jsegwi mill-qrib l-elezzjonijiet.

Filwaqt li l-parteċipazzjoni ġenerali x’aktarx li tkun kemxejn inqas minn dik tal-elezzjoni tal-2020, xorta tpoġġi lill-pajjiż fuq il-pass għal livell għoli storiku meta mqabbel ma s-snin l-oħra kollha ta’ qabel.

Hekk kif l-Istati Uniti daħlet f’waħda mill-iktar ġimgħat konsegwenzjali fl-istorja politika riċenti dwar kważi kull aspett tal-proċess elettorali, uffiċjali madwar l-Istati Uniti għamlu sforz furjuż biex isaħħu l-elezzjoni, inkluż billi jintroduċu protezzjonijiet ġodda għalihom stess.

Ekonomija

Sport