F’din il-kampanja ma jonqosx l-aspett emozzjonali. Rajna filmati miż-żewġ naħat li kienu emozzjonali għall-aħħar. Rajna nisa jibku b’filmati, li jappellaw b’mod emozzjonali ħafna għan-nies. Qegħdin naraw ukoll filmati ma jaqtgħu xejn ta’ politiċi jitgħannqu u jerfgħu tfal fl-attivitajiet politiċi u jieħdu r-ritratti magħhom.
Il-partiti żgħar…..jiffukaw fuq l-identità
F’din il-kampanja qegħdin naraw ukoll għadd ta’ partiti żgħar. In-narrattiva tagħhom hi pjuttost differenti. Mhux faċli li dawn iwasslu l-messaġġ u qegħdin jagħmlu minn kollox biex dak il-messaġġ jasal. Dawn qegħdin jiffukaw l-aktar fuq temi bħal identità, l-ambjent, il-migrazzjoni u r-riformi politiċi.
Il-midja soċjali qiegħda tilgħab parti importanti….imma
F’din il-kamanja elettorali, il-midja soċjali qiegħda tilgħab parti importanti ħafna. Filfatt wieħed jista’ jgħid li pjuttost hemm tensjoni fuq il-midja soċjali. Jispikkaw kummenti ta’ mibegħda, insulti, kliem baxx u profili foloz.


