Minħabba xogħlijiet t’emerġenza fuq cable tal-elettriku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, l-Imsida, din l-istess triq se tkun magħluqa għat-traffiku mil-lum 27 ta’ Settembru mid-9:00 p.m sa għada kmieni filgħodu, fil-5:00 a.m.
Ix-xogħol jitkompla fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, bejn id-9:00 p.m u l-5:00 a.m, sabiex ix-xogħol jitlesta.
Dan ix-xogħol qed isir bil-lejl biex jitnaqqas l-inkonvenjent fit-toroq. L-Enemalta tirringrazzja lill-pubbliku għall-koperazzjoni.
Għal aktar tagħrif żur is-sit enemalta.com jew segwi lil Enemalta fuq Facebook.