Monday, May 13, 2024

Victor Osimhen jista’ jitlaq lil Napoli b’xejn

Aqra wkoll

Il-ġurnalist Niġerjan,  Oma Akatugba, qed jallega li l-attakkant internazzjonali u kompatrijott tiegħu, Victor Osimhen, jista’ jitlaq lil Napoli b’xejn. 

Dan minħabba li l-player qed jikkunsida li jiftaħ każ legali kontra l-club wara li ttella’ filmat fuq il-pjattaforma Tik Tok mill-club stess biex jiżżuffjetta b’Osimhen stess. 

Dan il-filmat xejn ma niżel tajjeb, tant, li l-aġent Roberto Calenda, qed jhedded li se jiftaħ kawża legali. 

“Huwa assolutament inkredibbli, mistħija u għajb. Huwa inaċċettabbli u redikolu li club jagħmel xi ħaġa bħal din mhux lil kwalunkwe player, iżda lill-aqwa player tiegħek.

“L-aqwa attakkant fl-Italja …  imsemmi għall-Ballon d’Or. Dan huwa l-mod kif tittrattah? Sempliċiment għax ma skurjax f’żewġ jew tliet logħbiet?

“X’ġara bejn Osimhen u Napoli u x’hemm wara l-kaos ta’ TikTok … x’se jkunu l-konsegwenzi?” kompla Akatugba.

“Napoli se jitilfu lil Osimhen. Din hija r-raġuni għaliex il-player ma estendax il-kuntratt tiegħu. Staqsi lilek innifsek għaliex, player li suppost hu kuntent fil-club tiegħu, ma ffirmax kuntratt ġdid meta fadal sena biss.

“Dak it-tip li għandu Napoli [De Laurentiis], jara lilu nnifsu bħala ‘El Chapo’ tas-suq tat-trasferimenti, ‘El Chapo’ tan-negozju tal-Football u se jispiċċa jitlef lill-player għal xejn. Wara li investew €70m f’Victor … hija probabbiltá kbira li ma huma se jaqilgħu xejn minnu.”

Sport