Monday, April 29, 2024

“F’ħames minuti kulħadd qabad jaqlagħli … issa jiena u Nicola uffiċjali”

Aqra wkoll

Iddikjara dan Dale Mallia filwaqt li spjega kif permezz ta’ story fuq instagram maħduma bejnu u bejn Nicola rnexxielhom jitfgħu lil ħafna fil-lixka.

Dale qal li hu kien l-iżgħar kontestant u kien l-iktar li bata minn kummenti ta’ mibegħda. Spjega li dak li għamlu meta qalu li huma kienu nfirdfu għamluh biex iwasslu messaġġ kontra l-mibegħda online. 

Huwa rringrazzja lil dawk kollha li meta raw l-istory bagħtulu messaġġi ta’ kuraġġ filwaqt li appella lil dawk kollha li f’ħafna kummenti ta’ mibegħda setgħu komplew ikissru l-karattru tiegħu li kieku s-sitwazzjoni li vvintaw kienet waħda veritiera.

Huwa għalaq il-filmat billi sejjaħ lill-maħbuba tiegħu ħdejh u kkonferma li mhux talli ma nfirdux iżda talli issa huma koppja b’mod uffiċjali.

Sport