Saturday, November 23, 2024

L-Enemalta ssofri 28 ħsara fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku

Aqra wkoll

Il-Ministru Michael Farrugia jisħaq: Is-sħana u l-Covid-19 ħalliet effett negattiv ikbar minn snin preċedenti”

F’konferenza stampa, l-Enemalta ħabbret li mit-30 ta’ Lulju sal-lum, id-distribuzzjoni tal-elettriku ta’ pajjiżna ġarrbet 28 ħsara differenti, liema ħsara kienu mifruxa ma’ postijiet differenti f’Malta, u kif ukoll f’Għawdex. Il-kumpanija ħabbret li hija kienet għaddejja bit-tiswijiet ta’ dawn il-ħsarat bl-iktar mod veloċi, tant li fi 80% tal-każi, il-provvista tad-dawl kienet interrotta għal perjodu ta’ inqas minn siegħa. 32% tal-każijiet damu inqas minn 10 minuti.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta, Jason Vella, saħaq li l-ħsarat ma kinux relatati mal-iġġenerar tal-enerġija, iżda kollha kellhom x’jaqsmu mal-provvediment tal-enerġija. Huwa tenna wkoll li l-ammont ta’ ħsarat kiber minħabba raġunijiet differenti, fosthom is-sħana, kif ukoll bħala effett tal-pandemija tal-Covid-19, li kabbar id-domanda ta’ dawl lejn żoni industrijali iktar minn qabel.

“Bħala kumpanija kellna diversi kuntatti ma’ kunsilli lokali differenti, flimkien mal-Pulizija, l-LESA u Transport Malta, biex jgħinuna nirranġaw l-ħsarat neċessarji. Qegħdin naħdmu erbgħa u għoxrin siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa, biex nimminizzaw l-interruzzjonijiet, u nirranġaw l-ħsarat fl-inqas ħin possibbli.”

Mistoqsi minn dan il-ġurnal fuq l-ispejjeż li ġarrbet il-kumpanija fuq l-imsemmija 28 ħsarat, Vella saħaq li n-numru għadu ma ġiex kwantifikat, “pero wieħed jista jifhem li l-ispejjeż, fosthom il-ħlas dovuti lill-ħaddiema u anke ħsarat anċillarji, mhux spejjeż żgħar.”

Intant, il-Ministru Michael Farrugia saħaq li l-Gvern, u l-kumpanija, kienu ilhom snin jirirkonoxxu l-fatt li s-sistema ta’ distribużżjoni tad-dawl għandha bżonn l-investiment għal tiġdid, “investiment li diġa ġie approvat, issa li jmiss huwa li jiġi mwettaq.”

“Parti mis-sistema ta’ distirbuzzjoni tal-elettriku huwa antik, li joħloq problemi għas-suppliment tad-dawl lill-konsumaturi tagħna. Madanakollu, matul is-2 u 3 snin li ġejjin, ser ikun għaddej xogħol biex nilqgħu għal problema tas-sħana u nimminizzaw inċidenti bħal dawn.”

Sport