Sunday, September 8, 2024

L-erba’ timijiet ewlenin jgħaddu għas-semifinali tal-E & L Futsal Trophy

Aqra wkoll

Swieqi United, University of Malta ACJ Group, ŻRQ Bormla u Luxol St Andrews għaddew għas-semifinali tal-E & L Futsal Trophy meta kisbu rebħiet tajbink kontra l-avversarji rispettivi tagħhom.

Il-holders University of Malta ACJ Group kisbu rebħa tajba ta’ 4-0 kontra Birżebbuġa St Peter’s Futsal sabiex ikkonfermaw posthom għal mal-aħħar erbgħa.

Il-plejer Brażiljan Guilherme Fonseca skorja doppjetta filwaqt li Steven Camilleri u Melvin Borg żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Referees kienu Andrea Naudi u Danilo Francalanza.

Il-finalisti tas-sena l-oħra Luxol St Andrew’s kisbu rebħa faċli ta’ 11-1 kontra s-selezzjoni Maltija ta’ taħt it-18-il sena.

Victor Oliveira Dias skorja tripletta, Matthew Attard u Marwan Telisi kienu awturi ta’ doppjetta filwaqt li Luke Gatt, Jhon Castro Pulido, Andy Mangion u Robert Stoyanov niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Iż-żgħażagħ Maltin skorjaw l-uniku gowl tagħhom wara awtogowl ta’ Mark Zammit.

Referees kienu Clint Cassar u Antonio Cassar.

ŻRQ Bormla xejn ma sabuha faċli sabiex jeliminaw lit-tim miċ-Challenger League Ta’ Xbiex Futsal 4-2.

Il-Bormliżi kienu qed jirbħu 3-0 sa tmiem l-ewwel taqsima iżda fit-tieni taqsima kien hemm ir-reazzjoni ta’ Ta’ Xbiex li skorjaw għal darba darbtejn għalkemm ma kienx biżżejjed.

Karl Luke Schembri, Rodrigo Da Silva, Karl Sciortino u awtogowl ta’ Christian Wismayer kienu l-awturi tal-gowls għall-Bormliżi b’Ta’ Xbiex inaqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Stefi Cale u Redeemer Borg.

Referees kienu Stephen Vella u Andrea Naudi.

Swieqi United Futsal saru r-raba’ tim li għamilha għas-semifinali wara rebħa ta’ 8-1 kontra s-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena.

Il-plejer Arġentin Marcelo Ezequiel Alarcon spikka meta skorja tliet gowls b’Ryan Muscat jiskorja żewġ gowls. Brandon Debono, Rodney Debono u Dylan Pace għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom biż-żgħażagħ Maltin jiskorjaw l-uniku gowl tagħhom permezz ta’ Ivin Gatt.

Referees kienu Danilo Francalanza u Sillah Alhasana.

Sadanittant is-semifinali tal-E & L Futsal Trophy jintlagħbu f’nofs ix-xahar ta’ Mejju fejn Swieqi United Futsal jilagħbu kontra Luxol St Andrew’s filwaqt li ŻRQ Bormla jaffrontaw lill-holders University of Malta ACJ Group.

Ekonomija

Sport