Wednesday, July 24, 2024

Il-kowċ rinomat tal-hockey Mike Irving f’Malta

Aqra wkoll

Il-ġimgħa kien hawn Malta l-kowċ u instructor ta’ esperjenza Mike Irving li kellu ċ-ċans jiltaqa’ mal-coaches lokali tal-hockey. Hu ħa sehem f’seminar ta’ ġurnata fejn tkellem dwar teknika u tattika f’din il-logħba tant veloċi. Barra minn hekk hu ltaqa’ ma’ xi għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika li jgħallmu fl-iskejjel governattivi fejn spjegalhom is-siwi tal-hockey bħala parti mil-lezzjonijiet f’dan is-suġġett.

Irving għandu esperjenza vasta ta’ 30 sena fil-hockey internazzjonali partikolarment fir-Renju Unit. Bħalissa hu jmexxi grupp ta’ plejers fl-Universita’ ta’ Loughborough filwaqt li għandu 12-il sena esperjenza jiskopri plejers ta’ talent żgħar li aktar tard jagħmlu l-grad f’dan l-isport.

Apparti l-coaching, Irving jieħu sehem f’diversi seminars edukattivi bl-għan ewlieni hu li jżid il-popolarita’ tal-hockey mhux biss lokalment iżda wkoll internazzjonalment.

Mike Irving rebaħ l-aqwa kowċ Ewropew f’dan l-isport filwaqt li ġie mfaħħar għall-programm speċjalizzat għal minn jikkowċja l-hockey li kien mħejji minnu stess.

Ekonomija

Sport