Sunday, December 22, 2024

L-Eritrean Biniam Girmay jirbaħ it-12-il stadju tat-Tour de France

Aqra wkoll

L-Eritrean, Biniam Girmay (IntermarcheWanty), rebaħ it-12-il stadju tat-Tour de France li kien  minn Aurillac sa Villeneuve-sur-Lot fuq distanza ta’ 203.6 kilometri.

Wara li sar l-ewwel Afrikan iswed li rebaħ dan it-Tour, b’dan is-suċċess issa rreġistra hat-trick ta’ rebħiet.

Huwa waqqaf l-arloġġ  f’ħin ta’ 4 sigħat, 17-il minuta u 15-il sekonda meta rebaħ l-isprint finali liema grupp kien jikkonsisti f’10 ċiklisti,  bid-differenza tkun frazzjonijiet ta’ sekondi. 

Is-Sloven, Tadej Pogacar (UAE Team Emirates), għadu qed jillidja l-klassifika b’ħin ta’ 49 siegħa, 17-il minuta u 49 sekonda.

Illum issir it-13-il tappa minn Agen sa Pau fuq distanza ta’ 165.3 kilometri.

Ekonomija

Sport