Friday, July 19, 2024

Kienet esperjenza meraviljuża … dawn l-emozzjonijiet se jkunu parti minn ħajti għal dejjem’ – Kaia Agius

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

It-tim tan-nisa Roma Vis Nova, it-tim li tilgħab miegħu Kaia Agius, irritorna fis-Serie A2 wara sena biss.

It-tfajliet immexxija minn Steven Luotto, wara li kellhom kampjonat mill-aqwa u temmew l-istaġun regolari fl-ewwel post, kisbu rebħiet fil-play-offs kontra Tolentino 12-10, kontra Imperia 17-8 u kontra Fondazione Bentegodi 12-8. Suċċessi li ppermettewlhom jilħqu l-għan mixtieq tagħhom.

Dan is-sit għamel kuntatt ma’ Kaia Agius innifisha li tatna dawn il-kummenti:

“Bdejna s-sena naħdmu ħafna mal-kowċ Steven Luotto li kellu f’moħħu li jasal sal-playoffs u jitla’ sa Serie A2.

“Kien staġun twil ta’ xogħol iebes, u bħala plejer barranija fit-tim irrid nirringrazzja lill-membri kollha tal-klabb ta’ Vis Nova, ibda mill-president li kellu fiduċja fija, tal-paċenzja u l-impenn tagħhom, biex wasalna biex irbaħna dawn it-tliet partiti finali u ksibna l-promozzjoni għas-Serie A2. Kienet esperjenza meraviljuża, f’dawn ix-xhur komplejt nikber u dawn l-emozzjonijiet se jkunu parti minn ħajti għal dejjem!”

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport