Friday, July 19, 2024

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gudja

Aqra wkoll

Raġel ta’ 54. sena residenti Ħal Għaxaq qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:00 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Bir Miftuħ fil-Gudja

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Ford Transit misjuq minn Indjan ta’ 32 sena residenti Ħal Safi u mutur Suzuki GSX misjuq mill-vittma.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport