Tuesday, April 23, 2024

“L-estremiżmu tal-għaqdiet tan-nisa qed jagħmel aktar ħsara milli ġid”

Aqra wkoll

Jgħid dan Mario Fava, President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Mario Fava fl-artiklu tiegħu għal din il-ġimgħa jagħmel analiżi u jagħrbel is-soċjetà Maltija mill-qiegħ. Dan jagħmlu b’riferenza partikulari għall-qtil ta’ tfajla li seħħ fil-bidu ta’ din is-sena f’Tas-Sliema u jsostni li għad hawn żgħażagħ fis-soċjetà Maltija li ma jafux xi jridu mill-futur tagħhom..

Huwa jsemmi kif il-qtil tat-tfajla Pollakka Paulina Dembska xxokkja lil kulħadd u mingħajr ma jidħol fil-mertu tal-każ, jargumenta illi dan id-delitt huwa riflessjoni li fis-soċjetà Maltija hawn ġenituri li għad m’għarfux kif jiggwidaw lil uliedhom dwar x’inhu l-iktar importanti għalihom il-ħajja.

Fava jasal biex jgħid li l-fus ta’ kollox idur mal-edukazzjoni u jsemmi l-bżonn  għaliex x’imkien hemm ċirku vizzjuż li s-soċjetà għad ma rnexxielhiex tkissru bil-konsegwenza li qed jintilfu ħafna aktar nies. 

Ta’ dan, huwa ma jitfax it-tort fuq il-gvern jew fuq l-għalliema, il-gwardjani tat-tfal u l-ġenituri imma jsostni li t-tort tas-soċjetà kollha kemm hi.

Mario Fava jqis li d-delitt li seħħ l-għada tal-Ewwel tas-sena bil-qtil tat-tfajla Pollakka mhux tort tal-irġiel u f’dan il-kuntest jikkritika lill-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa li qalet hekk. Anzi jsostni li huwa l-estremiżmu ta’ din il-Fondazzjoni li jagħmel iktar ħsara milli ġid lin-nisa nfushom għax ma jkunux kapaċi jżommu bilanċ u għajnejnhom miftuħa u b’hekk jinġarru mis-sentimentaliżmu sensazzjonali li jdejjaq lin-nies.

Huwa jtemm l-artiklu tiegħu billi jgħid li jekk verament irridu li nibnu pontijiet biex azzjonijiet bħalma kellna ma jsirux aktar, l-ewwel li rridu nfasslu bħala soċjetà hija strateġija li tkun imnebbħa u mibnija fuq dak li tassew u verament irridu nakkwistaw, altrimenti, dan il-każ ikun ieħor bħall-ħafna li kellna fil-passat u li għad irid ikollna fil-futur.

Aqra l-artiklu sħiħ minn hawnhekk: It-Tessut tas-Soċjetà

Sport