Fl-aħħar sigħat reġa’ ġie sospiż il-ġuri li kien se jgħaddi Abu Agila Masud b’rabta mal-bomba li kienet intużat biex sploda l-Pan Am fuq Lockerbie. Dan sar minħabba evidenza ġdida li waslet għand il-Prosekuzzjoni. Sa issa mhux magħruf b’mod pubbliku x’inhi din l-evidenza l-ġdida.
Il-Qorti Amerikana ipposponiet il-proċess ta’ Abu Agila Masud proprju għax il-Prosekuzzjoni għaddiet lill-avukati tad-difiża materjal ġdid ftit jiem qabel ma kellha tibda l-għażla tal-ġurija. Il-prosekuzzjoni għaddiet din l-evidenza ġdida lid-difiża biex tanalizzaha.
Sa issa minkejja li ma ingħad xejn dwar x’inhi din l-informazzjoni ġdida, sorsi li qegħdin isegwu l-ġuri mill-qrib, spjegaw għalkemm mhux jingħad eżattament x’inhi l-evidenza l-ġdida, wieħed jista’ jasal għal konkużjoni li din l-evidenza tikkonerna xi waħda minn erba’ kwistjonijiet prinċipali.
L-istess sorsi spjegaw li minħabba l-importanza li ngħatat lill-evidenza, u li għal minħabba fiha għal darba oħra ġie sospiż il-ġuri, meta qraba ta’ vittmi kienu diġa ibbukjaw titjiriet lejn l-Istati Uniti, turik li din tikkonċerna aspetti partikolari.
Bħal evidenza ġdida marbuta mat-timer, jew il-bagalja. Jista’ jkun evidenza ġdida minn dokumenti ġodda mis-Servizz Sigriet Libjan. Tista’ kun evidenza dwar il-movimenti ta’ Masud f’Malta jew il-konnessjoni Maltija jew inkella l-konnessjoni ta’ Masud ma’ Megrahi. F’dan il-mument nistgħu biss nispekulaw.
Fl-1 ta’ Settembru nistennew li jkun hemm aktar dawl ta’ x’inhi din l-evidenza ġdida”, tennew l-istess sorsi.
