Ħaddiem jaqa’ madwar ħames metri f’sit ta’ kostruzzjoni

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tas-2.00p.m. meta ħaddiem waqa’ madwar ħames metri hekk kif kien qiegħed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Marfa l-Mellieħa.

Il-ħaddiem, raġel ta’ 46 sena residenti San Pawl il-Baħar ingħata l-għajnuna fuq il-post hekk kif marru l-ħaddiema tal-Protezzjon Ċivili biex ikunu jistgħu jtellgħuh minn fejn kien.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li assistew lir-raġel u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa. 

Il-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident filwaqt li OHSA marru fuq il-post minnufih.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport