Dalgħodu, instabet l-ewwel bejta ta’ fekruna għal dan l-istaġun fil-Bajja tal-Ġnejna. Kienet in-Nature Trust li ħabbret dan fi stqarrija.
Intqal li l-bejta nstabet minn tim ta’ ħaddiema li jnaddfu l-bajja li mill-ewwel informaw lill-awtoritajiet.

B’mod immedjat marru fuq il-post uffiċjali tal-ERA u anke tan-Nature Trust li ħadu l-miżuri kollha biex il-bejta tkun protetta.
Il-fekruna li hija tar-razza loggerhead jew kif inhi magħrufa bil-mMalti “il-Fekruna l-Komuni” hija klassifikata bħala fil-periklu li tinqered għal kollox u għalhekk hija protetta bil-liġi ta’ Malta u anke l-liġi internazzjonali.