Sunday, December 22, 2024

L-ewwel forum tan-negozji Maltin u Marokkini

Aqra wkoll

Għall-ewwel darba, f’Rabat, il-Marokk, qed tittella’ l-ewwel edizzjoni tal-Forum tan-Negozji Maltin u Marokkini minn Trade Malta. Matul id-diskors tal-ftuħ tiegħu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg tenna kif Malta u l-Afrika ta’ Fuq għandhom ħafna komuni u dan jgħin sabiex in-negozji tagħna jkunu jistgħu jikkollaboraw aktar flimkien u fuq kollox ikomplu jespandu bejn iż-żewġ kontinenti.

Il-Ministru għall-Kummerċ Ian Borg sostna kif Malta kienet wieħed mill-ewwel pajjiżi Ewropej tal-Unjoni Ewropea bi strateġija ta’ sħubija mal-Afrika, fosthom ir-reġjun tal-Magreb. Intqal kif permezz ta’ din l-strateġija, Malta kellha l-opportunità li tirridefinixxi r-relazzjoni tagħha ma’ dan il-kontinent.

“Malta tirrikonoxxi l-importanza strateġika tal-Marokk u l-istabbiltà ekonomika u politika li teżisti. Kien għalhekk li flimkien ma’ Trade Malta ħassejna l-ħtieġa li bħala Gvern inkomplu nimbuttaw aktar negozji Maltin sabiex jimirħu f’dan il-pajjiż. L-għan tagħna huwa li jkollna sħubija ġdida bejn bosta negozji filwaqt li nsaħħu dak preżenti,” qal il-Ministru Borg.

Intqal kif Malta hija ekonomija li matul l-aħħar snin kibret b’rata mgħaġġla b’saħħitha u l-Gvern Malti għandu l-għan li jkompli jara kif l-industriji lokali jibqgħu għaddejjin minn dan it-tkabbir.

Id-delegazzjoni kummerċjali Maltija hija komposta minn aktar minn 30 ruħ minn setturi varji.

Ekonomija

Sport