Tuesday, December 24, 2024

L-ewwel każ ta’ Flurona reġistrat f’mara tqila fl-Iżrael

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’Tel Aviv ġie rreġistrat l-ewwel każ ta’ Flurona. Skont l-ispeċjalista għall-infezzjonijiet f’Ruma Roberto Cauda din il-kundizzjoni hija waħda “stramba” u pjuttost rari wkoll.

B’reazzjoni għal din l-infezzjoni ta’ Covid-19 u influwenza fl-istess waqt, l-ispeċjalista qal li “Dejjem għidna li jekk virus jagħti l-infezzjoni, jwaqqaf l-iżvilupp ta’ mard ieħor ikkawżat minn virus differenti”.

Dan il-każ ta’ infezzjoni mħallta ġie reġistrat minn mara li waslet għall-ħlas u li ntsabet pożittiva għaż-żewġ infezzjonijiet waqt analiżi fl-Isptar Beilinson fiċ-ċentru tal-Iżrael.

SKont il-Virologu Fabrizio Pregliasco l-isem tal-infezzjoni ġej minn taħlita tal-kelma Ingliża (influenza) u l-coronavirus.

Skont l-ipotesi ta’ Cauda, il-virus tal-Covid-19 jista’ jikkawża difett fil-produzzjoni tal-interferenza li jwitti t-triq għall-virus l-ieħor; li f’dan il-każ huwa l-virus tal-influwenza.

Fuq din l-ipotesi huwa mill-ġdid appella biex il-pubbliku jitlaqqam biż-żewġ vaċċini, dak tal-influwenza u dak tal-Covid-19.

Ekonomija

Sport