Wednesday, April 24, 2024

L-ewwel persuna li tfiq mill-HIV mingħajr trapjant tal-mudullun

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub Minn Anthea Cachia

Loreen Willenberg, Amerikana ta’ 62, li pparteċipat f’diversi studji dwar l-HIV tul ħajjitha, hija l-unika mara fid-dinja li fieqet kompletament mill-Human Immunodeficiency Virus (HIV) mingħajr it-trapjant tal-mudullun. Willenberg ġiet idjanjostikata pożittiva għall-HIV fl-1992 u hija waħda minn tliet persuni li fiequ minn din il-marda, li huma magħrufin, bid-differenza li hija ma kelliex bżonn trapjant. Żewġ persuni oħra li fiequ kienu Timothy Brown minn Palm Springs Kalifronja u Adam Castillejo minn Londra, iżda dawn kellhom bżonn it-trattament tal-mudullun minħabba l-kanċer. 

Minkejja li dawn iż-żewġt irġiel irnexxielhom ‘ifiequ’ minn din il-marda, m’huwiex rekomandat li persuni nfettati jagħmlu t-trapjant mingħajr ma’ jkollhom bżonn għaliex hija meqjusa bħala għażla riskjuża wisq.  F’Mejju li għadda, riċerkaturi f’Brażil irrappurtaw li taħlita ta’ trattamenti ta’ l-HIV jista’ jwasslu għal fejqan. Madankollu, esperti oħra jgħidu li għad hemm bżonn t’aktar testijiet biex jikkonfermaw din. 

Din il-iskoperta tal-kura ta’ din il-mara ħarġet wara rapport mill-ġurnal Nature, fejn ippublikaw riċerka dwar din il-fenomena. Jgħidu, li dan l-istudju ma’ setax ikun possibli, li kieku ma kienx hawn avvanz kbir fejn tidħol it-teknoloġija dwar il-ġenetika li għandna bħalissa. Dan l-istudju jagħti ftit tama’ lil dawk li jsofru minn din il-marda. 

Fl-istess studju skoprew ukoll li meta persuna infettata tieħu t-terapija antiretrovirali(ART), trattament għal persuni bl-HIV, għal numru ta’ snin jistgħu ikolljom effetti simili, jiġiferi l-ġisem jirnexxielu irażżan l-virus, iżda meta wieħed jieħu dan it-trattament għal numru ta’ snin jista’ jwassal għal diversi ħsarat lil ġisem oħra. 

Huwa magħruf li l-virus ma jolqotx lil kulħadd l-istess. B’mod ġenerali l-HIV tattakka u teqred liċ-ċelloli CD4 fis-sistema immunitarja tal-ġisem. Dawn iċ-ċelloli huma vitali għax jikkumbattu nfezzjonijiet jew tipi differenti ta’ kanċer fosthom dawk relatati mal-HIV stess, inklużi dawk ċervikali jew fid-demm.  L-HIV huwa perikoluż ħafna għaliex huwa wieħed virus li jimmultiplika lilu nnifsu diversi drabi b’rata mgħaġġla.

F’każijiet fejn persuni jkunu ilhom żmien twil jieħdu l-ART jista’ jagħti l-kas li ċertu ċelloli fil-ġisem jirnexxielhom ‘jibblokjaw’ u b’hekk ma jimmultiplikax ruħu, skont spekulazzjoni ta’ l-istess riċerkaturi.

F’dan l-istudju il-parteċipanti li kkwalifikaw għal fejqan ġew imsejjħa elite controllers, li dawn jagħmlu 1% tal-persuni bl-HIV li jirnexxielom jikkontrollaw il-virus mingħajr ART.

“Dan il-grupp uniku t’individwi pprovdewli prova ċara ta’ kunċett li huwa possibli bir-rispons immuni tal-ospitant li tikseb dak li huwa verament, klinikament kura”, qal Dr  Steve Deeks, espert tal-AIDS fl-Universita ta’ Kalifronja. 

Dr. Xu Yu, awtriċi ta’ dan l-istudju kif ukoll riċerkatura fl-Istitut ta’ Ragon f’Boston, flimkien mal-kollegi tagħha, analizzaw mal-15 biljun ċellola tad-demm ta’ Willenberg u ma sabu ebda traċċa tal-HIV, permezz ta’ l-użu ta’ teknika ġdida li ssib fejn qiegħed il-virus fid-DNA.  Dawn iċ-ċelloli ttieħdu mill-musrana, rektum u l-intestin u kollha rriżultaw negattiv. 

Madanakollu kien hemm riċerkaturi oħra li kienu xettiċi, “[Huma riżultati] tassew inkuraġġanti iżda spekulattivi”, qalet Dr. Una O’Doherty, viroloġista fl-Universita ta’ Pennsylvania. “Irrid nara affarjiet oħra, qabel ma ngħid li fieqet”, żiedet tgħid hija. Minkejja dan hija qalet li hija mpressjonata bir-riżultati. 

Fl-istess studju kien hemm 11-il persuna oħra, li l-awturi tal-istudju rreferu għalihom bħala exceptional controllers, għandhom il-virus iżda f’parti mill-ġenoma 

(parti mid-DNA), li tant huwa dens u remot li ċ-ċelloli ma jistgħux jimmultiplikaw ruħhom.  Għaldaqstant, minkejja li dawn ġo ġisimhom għandu preżenti l-virus, ma jistax’ jikkawzalhom aktar ħsara u għalhekk jistgħu jgħixu fih mingħajr problemi.

Dan l-istudju skopra li uħud li rnexxielhom jrażżnu l-virus mingħajr medikazzjoni, għandhom antikorpi jew ċelloli immuni li mhumiex faċli jiġu identifikati  u jirrispondu malajr għall-HIV, iżda s-sistemi immunitarji tagħhom għandhom memorja ċara u qawwija tal-virus. 

10% ta’ persuni li jieħdu ART speċjalment meta jibdew jieħdu t-trattamenti meta jiġu  iddijanjostikati kienu ta’ suċċess biex irażżnu (suppress) il-virus anke wara li waqfu milli jieħdu t-trattamenti. 

Fejn qabel ir-riċerki biex isibu kura għall-HIV kienu li jeliminaw kompletament il-virus fil-ġenoma, dan l-istudju jissuġġerixxi li l-virus jibqa preżenti fil-ġenoma basta ma jkunx jista jiġi riprodott jew immultiplikat u għalhekk il-pazjent xorta jista’ jikseb kura funzjonali. 

Effetti negattivi li jħalli l-ART fuq il-ġisem

Dan it-tip ta’ trattament, minkejja effettiv jista’ jħalli diversi effetti qerrieda fuq il-ġisem. Peress li l-HIV ma’ tolqotx lil kulħadd l-istess jista’ jagħti l-każ li mhux kulħadd jieħu l-istess ammonti jew tipi ta’ mediċina. 

Allavorja l-mediċina hija ‘perikoluza’ għal ġisem xorta waħda ma’ tistax taqbad u twaqqafa meta trid għaliex il-virus jista’ jerġa jibda jimmultiplika ruħu u saħansitra, il-virus jirreżisti l-mediċina u għalhekk  ma’ taħdimx.

Fost l-effetti hemm: 

Nuqqas t’aptit għall-ikel u Lipodistrofija, kundizzjoni fejn persuna jibda jonqsilha jew jiżdied ammont ta’ xaħam f’post partikolari fil-ġisem. Dan jista’ jwassal għal mard ieħor, mentali, fejn persuna lista’ jkun li tkun konxja tad-dehra tagħha jew tiżdied l-ansjeta. Dijarrea, għeja, livelli għoljin ta’ kolesterol u triġliċeridi. Kif ukoll, tibdiliet drastiċi fil-burdati, dipressjoni jew ansjeta u anke nuqqas ta’ rqad. Jista’ jagħti l-każ ukoll li persuna jkollha raxx, li jista jinbidel f’allerġija serja li jista’ jwassal għal tfixkil fin-nifs, deni eċċ.

Effetti oħra huma, problemi kardjovaskulari, dijabete, ħsara lill-pulmun, kliewi, pankrea u aktar fost oħrajn

Sport