Thursday, September 19, 2024

L-ewwel rebħa fl-ewwel dehra għal Bolero Du Sablier

Aqra wkoll

Miktub minn Kenneth Vella

Meta l-Ħadd wara nofsinhar fil-Marsa saret id-disa’ laqgħa tal-istaġun fuq tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott kienu magħrufa t-tnax-il żiemel finalist tal-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold. Dan wara li saru ż-żewġ semifinali fuq distanza qasira ta’ 2140m. Il-laqgħa tal-Ħadd inkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier fuq l-istess distanza u li ntrebħet minn Bolero Du Sablier fid-debutt tiegħu misjuq minn Clint Vassallo. 

Ħmistax-il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Il-ġdid Żvediż Dominator D.T. (Rodney Gatt) kien l-aktar wieħed veloċi wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri mill-bidu tat-tigrija fetaħ vantaġġ żgħir minn Vakato (Chris Grech) u Amadeus Quick (Paul Galea). Madankollu dawra mit-tmiem kien Clint Vassallo li poġġa quddiem lid-debuttant Bolero Du Sablier (Clint Vassallo) li baqa’ sejjer biex ħa l-ewwel rebħa fi xtutna faċilment minn Dunbar (Redent Magro) u Dominator D.T. Sandsjons Revenue (Charles Camilleri) temm fir-raba’ pożizzjoni. 

Fl-ewwel semifinali Gold, Charles Degiorgio beda l-assalt b’Gigant Well tlieta fuq in-naħa ta’ barra matul l-aħħar 700m biex b’hekk dan eventwalment mar quddiem u faċilment ha t-tielet rebħa nfila b’żewġ tulijiet minn Cutty Sark (Eman Attard), Belmann (Redent Magro) u Bajazet (Marius Mizzi). Apache Reyor (Pierre Cuschieri) u Bicetre (Paul Galea) ukoll għamluha għall-finali. 

Taqtiegħa bejn ħames żwiemel fid-dritta finali tat-tieni semifinali mill-istess kompetizzjoni waslet lil Dynamit Life (Kerstin Galea) biex jieħu l-ewwel rebħa staġjonali. Dan bi ftit minn Charming Soldier (Paul Galea) u Armani S. (Charles Camilleri). Jefferson Dotcom (Rodney Gatt), Atout De Montbrun (Jesmar Gafa’) u Doudou De Bouere (Jean Claude Pace) kienu l-aħħar żwiemel li għamluha għall-finali.

Matul l-istess laqgħa saret tiġrija tal-ponijiet shetland misjuqa minn tfal. Din intrebħet minn Timkatty u Mikhail Borg li kien qiegħed jagħtu 25 metru vantaġġ. 

Ritratt: Mike Orland

Barra dan matul il-programm saru wkoll xi preżentazzjonijiet. Is-sidien ta’ Febus Du Juille ġew premjati wara li l-istaġun li għadda spiċċa l-aktar konsistenti fit-tigrijiet fil-korsa ewlenija, is-sidien ta’ Global Touchdown li spiċċa l-aħjar wieħed f’tiġrijiet fil-korsa l-qadima u tal-pony One More Try li spiċċa l-aktar konsistenti fil-korsa l-qadima wkoll. 

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Firstly Light (R. Scicluna) Ħin – 2.49” (1.18.9”) 2. Fidel De Banville (N. Baldacchino) 3. Likearollingstone (R. Gatt) 4. Greatandeasy C.C. (N. Azzopardi) 

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m 1. Gabin De See (P. Galea) Ħin – 2.48.3” (1.18.6”) 2. Vasterbo Brazilia (K. Caruana) 3. Gentleman De Larcy (A. Cassar) 4. Fakir Piya (R. Gatt)

III Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Cyrus d’Alci (C. Calleja) Ħin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Faust Boko (J. Gafa’) 3. Cyrus Du Lorault (R. Magro) 4. French Laundry (M. Mifsud) 

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Baxter Du Klau (N. Baldacchino) Ħin –  2.47.2” (1.18.1”) 2. Global Rebel (C. Camilleri) 3. Bastingage (H. McKay) 4. What You Want (C. Degiorgio) 

V Tiġrija. Semifinali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Gigant Well (Ch. Degiorgio) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Cutty Sark (E. Attard) 3. Belmann (R. Magro) 4. Bajazet (M. Mizzi) 5. Apache Reyor (P. Cuschieri) 6. Bicetre (P. Galea)

VI Tiġrija. Semifinali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Dynamit Life (K. Galea) Ħin – 2.40.7” (1.15.1”) 2. Charming Soldier (P. Galea) 3. Armani S (C. Camilleri) 4. Jefferson Dotcom (R. Gatt) 5. Atout De Montbrun (J. Gafa’) 6. Doudou De Bouere (J. C. Pace) 

VII Tiġrija. Klassi Premier Dist – 2140m. 1. Bolero Du Sablier (C. Vassallo) Ħin – 2.43.8” (1.16.6”) 2. Dunbar (R. Magro) 3. Dominator D.T. (R. Gatt) 4. Sandsjons Revenue (C. Camilleri) 

VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Janske (C. Camilleri) Ħin – 2.46.9” (1.18”) 2. Prinsen One (M. Farrugia) 3. Star’s Fighter (L. Ghigo) 4. Mooney (M. Mifsud) 

Sport