Sunday, December 22, 2024

L-ewwel rebħa f’Malta għal Dandy De Godrel fil-finali Premier

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Il-Ħadd filgħaxija fil-korsa tal-Marsa nieżel is-siparju fuq is-sensiela ta’ kampjonati għal żwiemel Franċiżi. Dan permezz ta’ ħames finali fuq distanza qasira ta’ 2140m u li għamlu parti mit-32 laqgħa tal-istaġun fuq seba’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. L-aktar finali mistennija kienet il-Prix De Vincennes għal żwiemel tal-klassi Premier u li ntrebħet minn Dandy De Godrel misjuq minn Michael Ellul. 

Tnax-il żiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Crusoe d’Anama (Charles Camilleri) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u fl-ewwel metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Dandy De Godrel (Michael Ellul) u Vangiskan Scott (Carl Caruana). 500m mil-linja finali beda jżid sew fil-ġiri fuq in-naħħa ta’ barra Dandy De Godrel li rnexxilu jmur quddiem f’nofs id-dritta finali biex f’medja ta’ 1.13.6” ħa l-ewwel rebħa f’Malta mill-istess Crusoe d’Anama. Dream De Lasserie (Clint Vassallo) temm it-tielet minn Djembe Du Pont (Jesmar Gafa’) u Doudou De Bouere (Jean Claude Pace). Ir-rebbieħ hu propjeta’ ta’ Stephen Ciangura. 

DANDY DE GODREL jirbaħ il-Prix De Vincennes

Fil-finali mill-Prix D’Enghien tal-klassi Gold, Abricot Du Bugey (Noel Baldacchino) li kien għal ħafna metri quddiem, ċeda kollox f’nofs id-dritta finali. Dan meta nqabeż minn Chemsak Vedaquais (Jeffrey Said). Madankollu iż-żiemel ta’ Said ma ġiex iddikjarat rebbieħ minħabba interferenza li għamel. Dan wassal biex iż-żiemel ta’ Baldacchino jingħata r-rebħa. Dan minn Cessillac (Charles Degiorgio), Amiral De Beaulieu (Rodney Gatt), El Gusto (Cherise Farrugia) u Campo Grande (Mark Bonnici).  

Fi tmiem kull finali l-premjazzjoni lir-rebbieħa tmexxiet minn Edwin Borg Viċi Chairman tal-Malta Racing Club u EquestriMalta. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Maiden Race. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gringo Du Biset (W. Cutajar) Ħin – 2.47” (1.18”) 2. Glorieux Kyrn (P. Galea) 3. Gitane Gemini (C. Grech) 4. Ficejulando (N. Baldacchino) 

II Tiġrija. Finali Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gayle Galbe (C. Vassallo) Ħin – 2.40” (1.14.8”) 2. Fakir Piya (R. Gatt) 3. Gima Tege (R. Magro) 4. Firstly Light (R Scicluna) 5. Gamine d’Hawai (Cherise Farrugia)

III Tiġrija. Finali Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Vaillant Marceaux (R. Gatt) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Guarda (M. Mifsud) 3. French Arctic (N. Baldacchino) 4. Drakkar Cleville (K. Saliba) 5. Festin d’Avenir (D. Baldacchino)

IV Tiġrija. Finali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Dgin Du Caux (P. Galea) Ħin – 2.39.8” (1.14.7”) 2. Diego Du Coudou (A. Barun) 3. Apache Reyor (Ch. Degiorgio) 4. Fighter Perrine (R. Gatt) 5. Emeraude De Bougy (N. Baldacchino) 

V Tiġrija. Finali Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Abricot Du Bugey (N. Baldacchino) Ħin – 2.39.7” (1.14.6”)  2. Cessillac (Ch. Degiorgio) 3. Amiral De Beaulieu (R. Gatt) 4. El Gusto (Cherise Farrugia) 5. Campo Grande (M. Bonnici)  

VI Tiġrija. Finali Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Dandy De Godrel (M. Ellul) Ħin – 2.37.5” (1.13.6”) 2. Crusoe d’Anama (Ch. Camilleri) 3. Dream De Lasserie (C. Vassallo) 4. Djembe Du Pont (J. Gafa’) 5. Doudou De Bouere (J.C. Pace) 

VII Tiġrija. Maiden Race. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Hunivers De Crepin (S. Grixti) Ħin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Fidel De Banville (N. Baldacchino) 3. Festival Marlo (J. Gafa’) 4. Double Sans Faute (M. Desira) 

Ekonomija

Sport