F’idejn iż-żagħżugħ Jean Claude Pace, il-Franċiż Doudou De Bouere rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ġimgħa filgħaxija fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier u għamlet parti mid-39 laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza twila ta’ 2640m. Dawn kienu kollha jagħmlu parti mill-kampjonati Sajfin Cisk Lager.
12-il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Hawnhekk Doudou De Bouere (Jean Claude Pace) żied fil-ġiri matul l-aħħar ħames mitt metru biex b’vantaġġ ta’ tul u nofs akkwista l-ewwel rebħa tas-sena minn Caucasien (Mario Fenech) u Aros Line (Marvic Bugeja). Victory Wind (Noel Baldacchino) temm warajhom f’dik l-ordni. Intant ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.15.6” fil-kilometru.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Idole De Neret (Ch. Camilleri) Ħin – 3.24.8” (1.17.6”) 2. Croque Tout (D. Debono) 3. Imanol De Mongochy (M. Debono) 4. Hope Day (M. Attard)
II Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 2640m. 1. Folie Des Landes (J. Gafa’) Ħin – 3.22.3” (1.16.6”) 2. Fougueux Des Iles (P. Galea) 3. Professor (J. Vassallo) 4. Pagano (B. Ħili)
III Tiġrija. Klassi Silver B. Dist – 2640m. 1. Espoir d’Amour (P. Galea) Ħin – 3.25.5” (1.17.8) 2. Diamant Nonantais (N. Baldacchino) 3. Denver Haufor (R. Gatt) 4. Wellington (N. Barbara)
IV Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Pure Islet (M. Ellul) Ħin – 3.28.6” (1.19”) 2. Gina Bergil (P. Galea) 3. Atoll Du Sud Ouest (W. Galea) 4. Ideal Pierji (J. Gafa’)
V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Satellit L.A (R. Gatt) Ħin – 3.21.8” (1.16.4”) 2. Felicio Du Joamax (J. Zahra) 3. Zidane D.E. (Ch. Grech) 4. Chibairo d’Iraty (J. Pace)
VI Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 2640m. 1. Flash Picken (N. Baldacchino) Ħin – 3.24.7” (1.17.5”) 2. Gamin De Source (Ch. Camilleri) 3. Ninepoints Coolman (M. Bonnici) 4. Echo Sellois (P. Galea)
VII Tiġrija. Klassi Bronze B. Dist – 2640m. 1. Attack Photo (D. Baldacchino) Ħin – 3.23.4” (1.17.1”) 2. Iglesias Boshoeve (R. Gatt) 3. Cupidon De Bassard (C. Calleja) 4. Boko Won (Ch. Camilleri)
VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Call Jack (C. Caruana) Ħin – 3.23.5” (1.17.1”) 2. Cristal Pierji (R. Gatt) 3. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 4. Fangio Madrik (E. Attard)
IX Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Doudou De Bouere (J. C. Pace) Ħin – 3.19.6” (1.15.6”) 2. Caucasien (M. Fenech) 3. Aros Line (M. Bugeja) 4. Victory Wind (N. Baldacchino)
X Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 2640m. 1. Alinea (C. Vassallo) Ħin – 3.23” (1.16.9”) 2. Timetopaythepipe (D. Baldacchino) 3. Hegoa Smart (J. Gafa’) 4. My Golden Eye (E. Farrugia)