Sunday, May 5, 2024

Franċiż isofri ġrieħi serji wara li żelaq f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Żagħżugħ sofra ġrieħi serji f’rasu wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:30 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, San Ġiljan.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Franċiż ta’ 20 sena sofra xi ġrieħi f’rasu wara li waqa’ waqt li kien miexi waħdu u żelaq.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport