Sunday, November 24, 2024

L-Ewwel tas-Sena Lunari fiċ-Ċina mxekkla għat-tielet sena bil-pandemija

Aqra wkoll

Għat-tielet sena konsekuttiva, il-pandemija tal-Cov­id-19 xekklet il-pjan­ijiet ta’ vvaġġjar għal miljuni ta’ Ċiniżi fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena Lunari. 

Qabel il-pandemija, tliet biljun persuna kienu jagħmlu vjaġġi ġewwa ċ-Ċina f’dan il-perjodu tas-sena. Iżda ġara li minħabba żieda fil-każijiet, u l-isforzi tal-gvern biex jikkontrolla t-tixrid tal-virus ħafna kellhom għal darb’oħra jikkanċellaw dawn il-pjanijiet. Il-gvern Ċiniż qiegħed isegwi politika ta’ żero-Covid u dan hekk kif fil-jiem li ġejjin dan il-pajjiż se jkun qiegħed jospita l-Olimpjadi tax-Xitwa tal-2022. 

Dan iż-żmien huwa wieħed importanti ħafna ġewwa ċ-Ċina, hekk kif mijiet ta’ miljuni ta’ persuni li jkunu marru jgħixu fl-ibliet jagħmlu l-vjaġġ lura lejn il-bliet u rħula fejn twieldu u jiċċelebraw mal-qraba tagħhom. 

Sport