Sunday, May 5, 2024

Jiġi rilaxxat il-katavru ta’ Paulina Dembska biex isir il-funeral fil-Polonja

Aqra wkoll

Il-katavru tal-mara Pollakka ta’ 29 sena, Paulina Dembska, ġie rilaxxat biex ikun jista’ jsir il-funeral tagħha fejn mistenni jsir fil-Polonja nhar is-Sibt.

Dembska kienet instabet bla ħajja fit-2 ta’ Jannar fi Ġnien l-Indipendenza f’Tas-Sliema. Mill-awtopsja ġie stabbilit li hija mietet fgata fost vjolenza fiżika li ġarrbet.

Il-Pulizija imbagħad arrestat lil Abner Aquilina, żagħżugħ ta’ 20 sena miż-Żejtun, li ġie akkużat bil-qtil u l-istupru ta’ Dembska.

Ftit wara l-qtil tagħha, sħabha bdew inizjattiva ta’ ġbir ta’ fondi bil-għan li jgħinu lill-familja taghha biex ikun jistgħu jsiru l-arranġamenti neċessarji biex il-katavru tagħha jintbagħat għall-funeral fil-Polonja. Dan wassal biex jinġabru aktar minn €30,000 fejn mal-1,250 persuna tat il-kontribut tagħha.

Meta x-xahar li għadda tressaq il-qorti s-suspettat bil-qtil ta’ Dembska, Abner, huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Is-Seduta li jmiss hija skedata għall-4 ta’ Frar.

Sport