Friday, April 26, 2024

L-ewwel xarabank bla xufiera tar-Renju Unit se jkunu ttestjati fl-Iskozja din il-ġimgħa

Aqra wkoll

L-ewwel xarabanks tar-Renju Unit li jinstaqu weħidhom mingħajr il-bżonn ta’ xufier, magħrufa aħjar bħala ‘driverless buses’, se jkunu qed iduru fit-toroq tar-Renju Unit din il-ġimgħa. Dawn ix-xarabanks se jkunu ttestjati fl-Iskozja.

Ħames single-deckers se jintużaw bħala prova li ttul ġimagħtejn, u jekk din tkun suċċess jibdew joperaw għall-pubbliku mis-sajf li ġej.

Dawn ix-xarabanks, tal-kumpanija Stagecoach, se jkunu qed jgħaddu mill-istess toroq li jintużaw minn vetturi oħra. Meta jibdew jintużaw mill-pubbliku, kull xarabank se tkun qed iġġorr 36 passiġġier abbord waqt rotta ta’ 14-il mil.

Il-proġett pilota CAVForth sewa madwar €6 miljun.

Sport