Sunday, December 22, 2024

L-ewwel żewġ magni li jaċċettaw il-fliexken tal-plastik kollha f’daqqa f’Pembroke u Ħal Far

Aqra wkoll

Il-kumpanija BCRS Malta għadha kemm installat l-ewwel żewġ magni li jaċċettaw numru ta’ fliexken tal-plastik f’daqqa. Dawn il-magni jistgħu jaħżnu sa 9,000 flixkun tal-plastik qabel ma jimtlew. Dawn iż-żewġ RVMs tad-daqs JUMBO mgħammra bl-aqwa teknoloġija għar-riċiklaġġ tal-fliexken tal-plastik jinsabu fil-parkeġġ Park & Ride ta’ Pembroke u fil-BCRS Clearing Centre f’Ħal Far.

B’hekk, qed isir aktar faċli biex tirriċikla u tiġbor id-depożitu tiegħek. Il-kontenituri tal-metall u tal-ħġieġ mhumiex aċċettati minn dawn il-magni, iżda jistgħu jkunu riċiklati 24 siegħa kull jum permezz tar-RVMs li jinsabu maġenb kull waħda minn dawn il-magni.

Il-Magni Jumbo PET se jkunu qed jitħaddmu mis-6am sal-10pm, il-ġimgħa kollha. Rappreżentant tal-BCRS se jkun disponibbli mal-Magni Jumbo PET matul il-ħinijiet tal-ftuħ biex jappoġġjaw lill-konsumaturi.

Il-kumpanija BCRS qalet li tinsab impenjata li kontinwament ittejjeb is-servizz tagħha lill-pubbliku, u għalhekk dejjem tfittex modi biex ir-riċiklaġġ tal-kontenituri tax-xorb isir aktar konvenjenti u aċċessibbli.

Ekonomija

Sport