L-FA Brażiljana għamlet rapport lill-FIFA wara li ntefgħet banana lejn Richarlison fil-logħba ta’ ħbiberija kontra t-Tuneżija li ntlagħbet f’Pariġi.
Richarlison skorja t-tieni goal tas-Selecao fir-rebħa ta’ 5-1 fil-Parc des Princes.
Iżda r-rebħa fil-partita finali tal-Brażil qabel it-Tazza tad-Dinja ġiet imtappna b’ġest razzist immirat lejn l-attakkant ta’ Tottenham. Filmati juru banana titwaddab minn sezzjoni ta’ partitarji fid-direzzjoni ta’ Richarlison wara li dan iċċelebra l-goal tiegħu.
“Sfortunatament, wara l-goal, ġiet mitfugħa banana fil-ground lejn Richarlison, skorer tat-tieni goal Brażiljan,” qalet starrija maħruġa mill-FA Brażiljana.
“L-FA Brażiljana issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha biex tiġġieled ir-razziżmu u tirrifjuta kwalunkwe manifestazzjoni preġudikata.”