Wednesday, April 17, 2024

Tifel ta’ seba’ snin iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn mutur f’Marsaxlokk

Aqra wkoll

Tifel weġġa’ gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-5:45 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi TRiq Bir Rikka f’Marsaxlokk.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tifel ta’ seba’ snin kien intlaqat minn mutur tal-għamla Daelim, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 39 sena residenti Marsaxlokk.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lit-tifel lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport