Saturday, September 14, 2024

L-FA Ġermaniża tibqa’ fit-tfittxija ta’ kowċ

Aqra wkoll

Hekk kif kien qed jieħu sehem f’konferenza tal-aħbarijiet, il-kowċ interim tal-Ġermanja Rudi Voller ġie mistoqsi jekk jarax lil Julian Nagelsmann bħala s-suċċessur ta’ Hansi Flick li ħalla din il-kariga ftit tal-jiem ilu.

Voller qal li ftit jista’ jgħid għalkemm ikkonferma li l-federazzjoni tal-futbol Ġermaniża qed tħares lejn il-kurikulu ta’ diversi kowċis bit-tama li sa ftit tal-jiem ilu jiġi deċiż il-kandidat ideali li jmexxi lit-tim nazzjonali Ġermaniż.

Voller, li mexxa lit-tim nazzjonali Ġermaniż b’mod temporanju kontra Franza, qal li hu d-dover tiegħu li jkun ta’ servizz għall-federazzjoni tal-futbol tal-pajjiż.

Ekonomija

Sport