Saturday, September 14, 2024

L-FA Ingliża trid li l-coach Southgate jibqa’ fit-tmexxija

Aqra wkoll

L-FA Ingliża qed tagħmel dak kollu fil-poter tagħha biex tipperswadi lill-coach, Gareth Southgate, biex jibqa’ fit-tmexxija tat-team nazzjonali rrispettivament ir-riżultat tal-finali tal-Euro 2024, ta’ għada kontra Spanja. 

Il-finali ta’ Berlin hija t-tieni waħda konsekuttiva tat-team Ingliż fil-Euros, taħt ir-responsabbiltá ta’ Southgate,  meta tliet snin ilu tilfu kontra l-Italja 3-2 bl-għoti tal-pe­nalties wara li temmew fi draw ta’ 1-1. 

Il-kuntratt attwali tiegħu jiskadi f’Diċembru li ġej, iżda l-aħbar tad-deċiżjoni li ma jibqax fit-tmun issir ħafna qabel minħabba li f’Settembru li ġej jingħata bidu għall- UEFA Nations League.

Kien hemm antiċipazzjoni kbira li wara li jintemm il-Kampjonat Ewropew, Southgate kien se jħalli l-pożiz­zjoni tiegħu fost skuntentizza mill-bażi tal-partitarji lejn l-amministrazzjoni tiegħu.

Iżda l-mixja ewforika tal-Ingilterra lejn il-finali ta’ għada, affermat mill-ġdid il-pożizzjoni tal-FA Ingliża li Southgate jibqa’ l-aħjar persuna għal din il-kariga. 

U l-korp governattiv tal-football Ingliż irid ipoġġi madwar mejda ma’ Southgate biex joffrilu kuntratt ġdid biex imexxi lit-team lejn it-Tazza tad-Dinja 2026, liema fażi finali se ssir fl-Istati Uniti. 

Ir-riżultat ta’ għada, bl-ebda mod m’hu se jinfluwenza d-deċiżjoni tal-FA Ingliża. 

Ekonomija

Sport