Friday, December 27, 2024

L-FKNK tirrapporta t-tieni att vandalu fir-Riserva tal-Aħrax

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), fl-aħħar sigħat irrappurtat it-tieni att vandalu li sar fir-Riserva tal-Aħrax tal-Mellieħa.

Fl-aħħar sigħat, kif seħħ eżatt f’inqas minn xahar ilu, reġa’ sar vandaliżmu u tqabbad in-nar f’erba’ bnadi fl-istess postijiet fir-Riserva.

L-FKNK qalet li dan hu att kodard fuq l-ambjent naturali Malti. In-nar tqabbad f’‘Camping Site C’ ħdejn l-Aħrax tal-Madonna u wassal għal ħsara ta’ flora u fawna protetta.

Wara li sar rapport mill-istess FKNK lill-Pulizija, inħatret inkjesta mexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras fejn ħatret diversi esperti biex jgħinu fl-investigazzjoni.

Fuq il-post kellhom jissejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien. Magħhom ingħaqdu wkoll membri tal-pubbliku u anke voluntieri mis-Sotto Kumitat GħKNK Mellieħa fi ħdan l-FKNK li assistew u assiguraw li jiġu kkontrollati n-nirien.

Min-naħa tagħha l-FKNK qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex min għandu xi informazzjoni jgħaddiha lill-pulizija fuq in-numru 2122 4401.

Ekonomija

Sport