Il-Futsal Malta Association qed inieda l-Enemed Women’s Futsal League li se jibda jintlagħab fil-bidu tal-istaġun li ġej. Dan hu tragward storiku għal din l-assoċjazzjoni li ilha mwaqqfa 12-il sena u li f’dawn l-aħħar snin kompliet taħdem fuq diversi inizjattivi.
Il-president tal-FMA Mark Borg qal li fl-istaġun li għadda saru numru ta’ festivals għat-tfajliet sabiex jippromwovu l-logħba tal-futsal u issa l-pass naturali kien li jiġi organizzat kampjonat.
S’issa diġa’ kien hemm numru ta’ timijiet li applikaw għalkemm l-FMA qed tilqa’ applikazzjonijiet sabiex oħrajn jissieħbu magħha. Dawk kollha interessati għandhom jikkuntattjaw lil din l-assoċjazzjoni fuq [email protected] jew [email protected]