Saturday, December 21, 2024

L-FSWS ħadmet ma’ 1,219-il persuna bi problemi ta’ saħħa mentali fl-2023

Aqra wkoll

Matul is-sena li għaddiet, il-professjonisti tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) ħadmu ma’ 1,219-il persuna li semmew is-saħħa mentali bħala l-problema primarja tagħhom. Dawn in-nies ingħataw għajnuna mill-professjonisti li jaħdmu mal-FSWS, fiċ-ċentri tas-saħħa fejn il-Fondazzjoni għandha preżenza ta’ ħaddiema soċjali.

Tali għajnuna ngħatat ukoll lil 853 persuna oħra li l-problema tagħhom ma kinitx is-saħħa mentali iżda li seta’ kellhom sfidi ta’ saħħa mentali fl-imgħoddi u li b’xi mod ħalliet effett fuqhom. Naturalment jekk kien hemm persuni fost dawn l-individwi li, fost l-oħrajn, riedu għajnuna biex isibu u jibqgħu fl-impjieg dawn ingħataw għajnuna għal din il-materja wkoll.

Dan it-tagħrif ingħatat mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Graziella Galea.

Il-Ministru Falzon tenna li wieħed ma jistax jorbot is-saħħa mentali tal-individwu direttament mat-tfittxija għall-impjieg biss. Fil-fatt, il-professjonisti tal-FSWS jaħdmu ma’ professjonisti oħra f’timijiet multi-dixxiplinarji biex jagħtu għajnuna ħolistika lil persuni li jeħtieġ għajnuna għal kundizzjoni ta’ saħħa mentali.

Ekonomija

Sport