Il-Prim Ministru llum ħabbar il-ġurnata tant mistennija tal-elezzjoni u ma setax jonqos li sa ftit tal-ħin wara, iż-żewġ partiti jibdew bil-kampanja elettorali tagħhom.
Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ħabbar li llejla stess se jkun qiegħed jibda bl-ewwel rally tiegħu fid-Dar Ċentrali, il-Partit Laburista xerred ritratti ta’ uħud mill-billboards li diġà bdew jitwaħħlu fit-toroq.

L-għajta tal-Partit Laburista hija “Malta Flimkien”, filwaqt li dik tal-Partit Nazzjonalista hija “Miegħek għal Malta”.