Flimkien Missirijiet Inqumu (FMI), ilbieraħ għall-ħabta tat-8:15 p.m. mexxew viġilja żgħira li tfakkar il-mibki Nicholas Camilleri.
Membri u xi wħud mill-pubbliku ltaqgħu quddiem il-Qorti, il-Belt, u għamlu mixja solenni sal-Parlament waqt li żammew xemgħa kull wieħed. Il-viġilja tat l-aħħar qima lil Nicholas Camilleri, ir-raġel u missier li nstab nieqes l-ġimgħa l-oħra u li nstab mejjet minn ibnu stess xi jiem wara.
Rappreżentattivi tal-Għaqda Non-Governattiva wkoll taw qima lill-vittmi kollha tas-sistema filwaqt li appellaw għal riforma. Fi kliem l-Għaqda Non-Governattiva, “Sistema li tibla’ u tobżoq individwi bħal Nicholas mhix posta f’soċjetà li ssejjaħ lilha nfisha umana”. L-Għaqda Non-Governattiva wkoll kritikat it-tużżani ta’ servizzi tal-istat li, meta wieħed jappella għalihom f’mumenti ta’ bżonn, rari jservu l-bżonnijiet tal-individwu.
L-istess Għaqda esprimiet daqsxejn għadab għall-fatt kif Nicholas Camilleri kien trattat ta’ kriminal minflok ma ngħata l-assistenza li kellu bżonn u għal kif is-sistema iżolatu bla ħniena minn ma’ familtu, speċjalment firditu minn uliedu.