Saturday, December 14, 2024

L-Għaqda Ġurnalisti Sports b’seminar immirat għan-nisa fil-midja sportiva

Aqra wkoll

L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) se torganizza seminar li nhar is-Sibt, 21 ta’ Ottubru 2023 bl-isem ‘Training Women Sports Journalists/Reporters to work more at ease in the Sports Media industry’.

L-għani prinċipali ta’ dan is-seminar huwa aktar nisa jitħajru jidħlu fl-industrija tal-midja sportiva kif ukoll jgħin lil dawk in-nisa li qed jaspiraw li jkunu ġurnalisti sportivi sabiex jaħdmu f’ambjent aktar komdu.

Uħud mill-aqwa ġurnalisti sportivi nisa Maltin flimkien ma diversi nisa Maltin oħra nvoluti fl-isport lokali se jkunu qed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom f’dan is-semimar li hu l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu li qatt ġie organizzat f’pajjiżna dedikat għal dan is-suġġett.

Kelliema barranin jinkludi lil Zsuzsa Csisztu li hija editur, reporter u preżentattriċi ma’ ATV Magyar, li hu l-iktar stazzjon privat popolari fl-Ungerija u Francesca Benvenuti li hija preżentattriċi sportiva u reporter għal SportMediaset.

Dan is-seminar seta’ jsir bil-fondi tat-Training Initiative Scheme, li l-GħĠS irċeviet mingħand il-Malta Council for the Voluntary Sector, fi ħdan il-Ministeru għall-Inkużjoni, Għaqdiet Volontarji u Drittijiet tal-Konsumatur.

Is-seminar huwa miftuħ għal dawk kollha li huma interessati f’dan is-suġġett, iżda min jixtieq jattendi, jeħtieġ li jirreġistra billi jibgħat email fuq [email protected] sa mhux aktar tard mit-12ta’ Ottubru 2023.

Ekonomija

Sport