Friday, October 11, 2024

Sewwieq ta’ mutur l-Isptar wara li ħabat ma’ karozza fil-Furjana

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta ta’ nofsinhar kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana.

Dan is-sit jinsab infurmat li kien seħħ impatt bejn mutur u karozza, it-tnejn tal-għamla BMW. Is-sewwieq tal-mutur huwa raġel ta’ 28 sena filwaqt li s-sewwieq tal-karozza għandu 47 sena. Il-persuni involuti fl-inċidenti hums residenti Ħal Lija.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel ta’ 28 sena u ftit tal-ħin wara ttieħed l-Isptar għal aktar kura. S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Uffiċjali tal-Pulizija marru fuq il-post sabiex jidderieġu t-traffiku.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej…

Sport