Wednesday, July 24, 2024

L-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat se tingħalaq temporanjament

Aqra wkoll

L-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat se tingħalaq temporanjament mil-lum it-Tnejn 8 ta’ April minħabba xogħlijiet ta’ manutenzjoni estensivi. Dan tħabbar fi stqarrija li ħareġ il-Korp tal-Pulizija ftit tal-ħin ilu.

Il-pubbliku issa se jkun jista’ jaċċessa s-servizzi tal-Pulizija tad-Distrett mill-Għassa tal-Imdina, filwaqt li s-servizzi tal-Uffiċċju ġew rilokati għall-Għassa tal-Imtarfa.

F’każ li persuna jkollha bżonn l-assistenza tal-pulizija, iżda mhux emerġenza, jibqa’ irrakkomandat li ċċempel fuq in-numru 119 jew fuq in-numru 21224001.

Fl-istess stqarrija, il-Pulizija skużat ruħha għal kull inkonvenjent

Ekonomija

Sport