Wednesday, July 24, 2024

Napoli fi tfittxija ta’ kowċ u plejers ġodda

Aqra wkoll

Napoli mistennija jagħmlu bidla radikali fit-tim speċjalment wara dan l-istaġun li kien wieħed ferm diffiċli. Fl-aħħar ta’ Ġunju se jinbidlu ħafna affarijiet bil-kowċ attwali Francesco Calzona li mistenni jitlaq lit-tim u jkomplu xogħlu mat-tim nazzjonali Slovakk.

I Partenopei jixtiequ ħafna lill-kowċ Antonio Conte li l-president Aurelio de Laurentis hu ammiratur kbir tiegħu iżda hemm ukoll Vincenzo Italiano li bħalissa hu kowċ ta’ Fiorentina. 

Sadanittant plejer li qed jiġi kkunsidrat hu Nicolo Zaniolo li bħalissa qed jilgħab ma’ Galatasaray.

Ekonomija

Sport