Wednesday, July 24, 2024

Kevin De Bruyne jilħaq il-100 gowl ma’ Manchester City

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Belġjan Kevin de Bruyne kien fis-seba’ sema s-Sibt li għadda hekk kif biż-żewġ gowls li skorja fil-logħba mill-kampjonat Ingliż kontra Crystal Palace laħaq il-kwota ta’ 100 gowl bil-flokk ta’ Manchester City.

De Bruyne fisser kemm jinsab għal qalbu jilbes il-flokk ċelesti tal-klabb fejn ilu jagħmel dan għal dawn l-aħħar disa’ staġuni fejn lagħab 372 partita magħhom u wettaq xejn inqas minn 167 assists.

Hu fisser kemm hu ta’ swied il-qalb li tul dawn l-aħħar disa’ staġuni kellu jieqaf għal xi żmien minħabba injury f’irkopptu li xi kultant ittih il-problemi.

Ekonomija

Sport