Friday, April 19, 2024

L-għawwiem Neil Agius jingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika

Aqra wkoll

Neil Agius illum ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika talli wettaq għawma storika.

Neil huwa għawwiem li jispeċjalizza f’avvenimenti ta’ freestyle fuq distanzi twal. Sal-2011, huwa kiseb tliet rekords Maltin fl-għawm freestyle tal-400, 800, u 1500 metru.

Din is-sena, Agius kiser ukoll ir-rekord dinji tal-itwal għawma bla waqfien u mingħajr għajnuna, tul distanza ta’ 125.6km minn Linosa, l-Italja għal Malta, fi ftit aktar minn 52 siegħa.

L-għawma kollha ġiet trasmessa live u ġibdet aktar minn żewġ miljun telespettatur bil-għan li titqajjem kuxjenza dwar it-tniġġis tal-plastik fil-baħar, parti mill-kampanja Wave of Change. 

Sport