Monday, July 13, 2026
Home Sport Edwin van der Sar jiċħad li jrid jirritorna ma’ Man Utd fi...

Edwin van der Sar jiċħad li jrid jirritorna ma’ Man Utd fi rwol amministrattiv

0
802

L-ex goalkeeper ta’ Manchester United, Edwin van der Sar, ċaħad kull spekulazzjoni li jista’ jirritorna mar-Red Devils fi rwol amministrattiv.

Van der Sar li għandu 51 sena – u li bħalissa jservi bħala kap eżekuttiv ta’ Ajax – ġie msemmi bil-qawwa li jista’ jieħu post Ed Woodward meta jitlaq mill-kariga tiegħu jew din is-sena jew fl-2022.

Madankollu, Van der Sar saħaq li fadallu żmien ma’ Ajax biex jieħu ħsiebhom l-ewwel, u qal: “Ma rridx insir il-Wenger jew il-Ferguson ta’ Ajax.

“Qed nieħu gost naħdem ma’ Ajax iżda jasal żmien li nitlaq. Iżda l-ambizzjoni tagħna għadha ma ntlaħqitx. Irridu li Ajax jikkompetu aktar fl-Ewropa.”

Van der Sar rebaħ erba’ titli tal-Premier League u ċ-Champions League ma’ Man United qabel dendel l-ingwanti fl-età ta’ 40 sena fl-2011.

L-ex goalkeeper tal-Olanda laħaq total ta’ 135 clean sheet f’266 dehra għar-Red Devils u rebaħ ukoll erba’ titli tal-Eredivisie u ċ-Champions League bħala n-numru wieħed ta’ Ajax.